IVVOTA: MMI 2022 Listeners’ Picks PollL-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ January 2023.
Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-66 edizzjoni li huwa l-ewwel programm fis-sitt staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
Fl-ewwel parti qed infakkru wkoll lil uħud mill-personalitajiet mix-xena tal-mużika Maltija li ħallewna fl-2022:
Lista sħiħa ta’ personalitajiet li mietu fl-2022 issibha permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Ħarsa lura lejn l-aqwa albums tal-2022. Issa li ftaħna s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2022, tajjeb li nagħtu ħarsa ħafifa lejn uħud mill-aqwa albums li ħarġu maturl is-sena li għaddiet:
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Diadems, Troubadours ta’ Warren Galea. Dan l-album ħareġ fit-22 ta’ Diċembru 2022 u kelli l-opportunità nisimgħu diversi ġranet qabel ħareġ ukoll. Issa li għaddew il-festi tal-Milied u hekk, bix-xieraq li l-ewwel album fuq Mużika 21 għall-2023 ikun hawn. L-album huwa ddedikat għall-memorja ta’ missieri Warren, Leslie Galea:
Isma’ u niżżel l-album Diadems, Troubadours ta’ Warren Galea fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.