Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-65 edizzjoni li huwa t-tlettax u l-aħħar programm fil-ħames staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Ħarsa lura lejn l-aqwa videos bil-Malti tal-2022. Dalwaqt nifthu s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2022. Bi tħejjija għal dan illum nibdew nagħtu ħarsa lejn uħud mill-aħjar siltet maħruġa bħala video, f’waħda miż-żewġ kategoriji ta’ din ix-xorta. Waħda hija tal-videos mhux bil-Malti u l-oħra ta’ videos bil-Malti:
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Semgħat Id-Daqq ta’ Cher Camilleri. Dan l-album ħareġ fid-9 ta’ Diċembru 2022 u fih Cher tikkollabora primarjament ma’ Jimmy Bartolo. Minnu se ndoqq żewġ siltiet, u xejn xejn ngħallqu dan l-istaġun bit-tajjeb:
Isma’ u niżżel l-album Semgħat Id-Daqq ta’ Cher Camilleri fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.