IVVOTA: MMI 2022 Listeners’ Picks PollL-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ January 2023.
Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-68 edizzjoni li huwa l-tielet programm fis-sitt staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Ħarsa lura lejn l-uħud mill-aqwa artisti Maltin ibbażati barra fl-2022. Issa li ftaħna s-sejħa għall-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2022, tajjeb li nagħtu ħarsa ħafifa lejn uħud mis-siltiet maħruġa minn Maltin ibbażati barra matul is-sena li għaddiet:
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha innominati fil-poll tal-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa L-Qfil u l-Ħelsien Skont Manwel Dimech ta’ Kris Spiteri + Victor Jacono. Teatru Malta ħarġet dan l-album propju nhar il-Milied, il-25 ta’ Diċembru 2022, li huwa egħluq snin il-162 sena mit-twelid ta’ Manwel Dimech. Dan huwa musical li l-kumpanija nazzjonali tat-teatru pproduċiet lejn tmiem l-2021 fil-Ħabs Militari l-Antik ta’ Kordin. Fil-parti ta’ Manwel Dimech insibu lill-attur Joseph Zammit filwaqt li l-kantanti Debbie Scerri, Mark Tonna, u Roger Tirazona jinterpretaw partiijiet oħra fis-siltiet li għażilt li ninkludi fil-programm tal-lum:
Isma’ l-album Il-Qfiil u l-Ħelsien ta’ Kris Spiteri u Victor Jacono fuq Spotify.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.