IVVOTA: MMI 2022 Listeners’ Picks PollL-għażliet jintlaqgħu sal-31 ta’ January 2023.


Is-sensiela Mużika 21 tkompli bis-70 edizzjoni li huwa l-ħames programm fis-sitt staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Aiden CohenMera
  • Chiara u Daniel CauchiIlsna Velenużi
  • Jodi & IanGħajjejt

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

PARTI 2: Ħarsa lura lejn l-uħud mill-aħjar siltiet maħruġa fl-2022. Dan huma l-aħħar jumejn li fihom nistgħu nilgħu l-voti tagħkom għall-aħjar diski u recordings oħra li ħarġu fl-2022. Illum qed inħeġġu lil min għadu m’ivvotax billi nagħtu ħarsa ħafifa lejn uħud mill-aħjar siltiet maħruġa online matul is-sena li għaddiet. L-għażliet tagħkom jixxandu fil-programm li jmiss.

  • Jas Rolyn – Hold Me Close
  • 1905 – Jekk Jidħol il-Mewġ
  • Kym Pepe – Armier
  • Wayne Grima – While My Heart Gently Weeps
  • Red Electric – Vampires
  • Daniel Sant – Chick
  • Shedona – Falling
  • Megan May – I Feel Free
  • Toby – Can’t Have You

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha innominati fil-poll tal-2022 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Funny Face ta’ Angela Vella Zarb. Dan l-album tnieda fl-10 ta’ November 2022 b’kunċert fir-Rusty Razor fi Strada Stretta, l-Belt Valletta. Iżda propjament l-album issa ħareġ, fid-9 ta’ Jannar fuq Spotify, Bandcamp, u sorsi oħra. Allura bix-xieraq nisimgħu xi siltiet minnu li ma daqqejtx qabel:

  • You’re Driving Me Crazy
  • They All Laughed
  • Isn’t This A Lovely Day?

Isma’ jew akkwista l-album Funny Face ta’ Angela Vella Zarb fuq Bandcamp.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.