Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-72 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fis-sitt staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Is-soundtrack tal-film qasir Wherever I May Find Her ta’ Rachel Micallef Somerville minn Fake Ophelia. Dan il-film inħadem f’Berlin fl-2022. Il-mużika oriġinali ta’ Fake Ophelia tinkudi ukoll xi varjazzjonijiet fuq il-kanzunetta Theresa ta’ Das Birthday Girl, li serva t’ispirazzjoni għall-karattru prinċipali fil-film. Fake Ophelia ipproduċa dawn l-ħsejjes biex jevoka s-sens tal-memorji, jew aħjar il-ħoss tal-memorji. Is-soundtrack inħarġet fuq Bandcamp fis-7 ta’ Diċembru 2022.
Isma’ s-soundtrack tal-film qasir Wherever I May Find Her ta’ Rachel Micallef Somerville minn Fake Ophelia fuq Bancamp.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Reflections ta’ Pyramid Suns. Dan inħareġ minn Kewn Records fuq Spotify, Bandcamp, u diversi pjattaformi oħra fit-13 ta’ Jannar 2023. Xi siltiet minnu daqqejthom diġa fuq edizzjoni ta’ M21 is-sena li għaddiet. Illum daqqejt dawn:
Isma’ jew niżżel l-album Reflections ta’ Pyramid Suns fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.