Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-73 edizzjoni li huwa t-tmien programm fis-sitt staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Claire Tonna live b’Songs for a Transfigured Heart. Dan il-album irrekordjat live ħareġ matul Frar fuq diversi pjattaformi diġitali, inkluż Bandcamp u Spotify. Dan huwa recording ta’ kunċert li tat Claire Tonna f’October 2022 ġewwa l-Offbeat fil-Belt Valletta. L-intenzjoni primarja ta’ din il-kantawtriċi kien li tiġbed l-attenzjoni li il-kommunità queer fil-Kenya, fejn hemm taqbida sħiħa kont narrattivi omofobiċi u vjolenti. Minnu jien għażilt dawn is-siltiet
Isma’ jew niżżel Songs for a Transfigured Heart ta’ Claire Tonna fuq Bancamp.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Urbanali ta’ Karmaġenn. Għalkemm hemm diversi kollaboraturi involuti f’dan il-proġett, il-moħħ u r-ruħ warajh huwa Noah Fabri. Is-sax ta’ James Cummings jidwi b’mod distint fuq dan l-album ukoll. Dan huwa t-tieni album ta’ Karmaġenn mill-2019, jew it-tielet, jekk bħali tqis l-EP tal-2020 Il-Ħsibijiet ta’ Martina bħala album flok EP. Minn Urbanali għażilt li ndoqq dawn:
Isma’ jew niżżel l-album Urbanali ta’ Karmaġenn fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.