Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-81 edizzjoni li huwa t-tielet programm fis-seba’ staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Sacred Music from the Silent City. Dan huwa kunċert li xxandar fuq l-internet mill-Katidral tal-Imdina nhar il-Ġimgħa l-Kbira, jiġifieri fis-7 t’April permezz ta’ Mint Media fuq Facebook. Fih insibu lil Joseph Calleja akkumpanjat mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta, immexxija mis-surmast Sergey Smbatyan. Fih jinstemgħu diversi siltiet mill-album il-ġdid ta’ Joseph Calleja Ave Maria, li huwa l-ewwel album tiegħu kollu kemm hu b’siltiet ta’ mużika sagra.
Ara l-kunċert permezz tal-paġna ta’ Mint Media fuq Facebook
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Replicant: Musical Odyssey ta’ Festen. Propjament dan mhux album minn Malta, imma ninkluduh, kif nagħmlu dejjem, minħabba l-partiċipazzjoni sħiħa tal-bassist Oliver Degabrielle bħala membru regolari tal-grupp Festen għal bosta snin. Wara li f’edizzjoni preċedenti ta’ M21 kellna Roy’s Odyssey minnu, llum nisimgħu dawn is-siltiet:
Isma’ jew akkwista dan l-album ta’ Festen.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.