Is-sensiela Mużika 21 tkompli bit-82 edizzjoni li huwa r-raba’ programm fis-seba’ staġun.

PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.

  • Dylan De Bono feat. Kristijan VolchevLost Without You
  • ĠENNA Reprise (That Girl)
  • The Areola TreatMelting My Nerve Endings
  • Hearts Beating in TimeSun Doesn’t Shine
  • Ħajbu X Sempliċiment tat-TriqAħjar Dak iż-Żmien
  • CharelleHu Biss

Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.

PARTI 2: L-Għami Dlam ta’ Mikiel. Din il-parti tal-programm kont se nsemmiha min hu Mikiel Camilleri Haber imma ppreferejt li nikkonċentra fuq l-album tiegħu L-Għami Dlam li għadu kemm ħareġ fuq Spotify. Mhux xi album konvenzjonali ħafna dan. Ibda biex irrekordjat b’sistemi sempliċi. Pero fih waqtet li lili laqtuni biżżejjed biex naqsamhom magħkom waqt il-programm tal-lum. Is-siltiet li għażilt minnu huma:

  • Għajnejn Sbieħ
  • Kun Dawl
  • Tifel Sabiħ
  • Fuq l-Irdum

Aqra l-kliem ta’ L-Għami Dlam u isma’ l-album kollu

PARTI 3: L-album tal-lum huwa Been There Done That ta’ Flying Alligators. Naħseb li dan huwa l-eqdem album li qatt inkludejt f’din is-sensiela. L-album ta’ Ronnie Busuttil u sħabu ħareġ fis-sena 2000, u allura l-ewwel sena li minna ninkludu ħsejjes tas-seklu 21. Minn dan l-album li għadu kemm ħareġ fuq Spotify, Apple Music u Amazon Music fl-15 t’April 2023, nisimgħu:

  • Impress Me
  • Gimme A Reason
  • Everything You Said
  • More To Life

Isma’ dan l-album tal-Flying Alligators for Spotify.

Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.