Is-sensiela Mużika 21 tkompli bil-85 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fis-seba’ staġun.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu s’issa matul l-2023 issibhom permezz tal-wiki tal-M3P.
PARTI 2: Niftakru l-Find the Door Sessions ta’ Dario Genovese li ħarġu fuq YouTube lejn l-aħħar tal-2021. Hawn insibu tliet kanzunetti oriġinali ta’ dan il-kantawtur Malti hekk kif beda l-proċess biex jistabbilixxi ruħu wara li spiċċa minn mal-grupp The Busker li kien fih fl-aħħar snin. Effettivament dawn huma recordings ta’ kanzunetti tiegħu li huwa għamel fl-istabbiliment Find the Door li nsibu fil-Birgu. Il-kanzunetti huma:
Ara l-videos ta’ dawn il-kanzunetti fuq il-YouTube channel ta’ Dario Genovese.
PARTI 3: L-album tal-lum huwa Watch the Sky Turn Pink ta’ Hearts Beating in Time. Dan huwa EP propjament u ili biex ninkludih diversi ġimgħat issa. Ħareġ eżattament fil-14 t’April 2023 u daqqejt silta minnu f’edizzjoni oħra ta’ dan il-programm diġa. Minnu llum għażilt li ndoqq dawn:
Isma’ jew akkwista dan l-album Watch the Sky Turn Pink ta’ Hearts Beating in Time fuq Bandcamp.
Mużika 21 huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus FM kull nhar ta’ Tnejn f’12:00pm u l-Ħamis fis-6:00pm.