Is-sensiela Mużika Mod Ieħor ma’ Toni Sant tkompli bis-694 edizzjoni li huwa s-seba’ programm fit-tieni staġun għar-radju.
PARTI 1: Diski ġodda li ħarġu dan l-aħħar.
Id-dettalji tad-diski u recordings oħra kollha li ħarġu matul l-2024 issibhom permezz tal-Wikipedija.
PARTI 2: Min hi Gaby Bonello? Il-kurżità tal-lum hija waħda ġenwina. Anzi ġenwina ħafna. Irrid ngħid, jiena naf li Gaby Bonello hija kantawtriċi Maltija-Awstraljana li debuttat fix-xena bl-album tagħha Coming Home fl-2016. Naf ukoll li s-sena l-oħra ħarġet diska oħra jisimha Giving Up the Fight. Minn żmien għal żmien nara ukoll li qed tidher f’shows live ‘l hawn u ‘l hinn fl-Awstralja. Imma ftit li xejn aktar minn hekk. Dan apparti li ftit li xejn hija magħrufa f’Malta, l-aktar għax id-diski tagħha ma jindaqqu kważi qatt fuq ir-radju u hekk. Forsi dan jista’ jinbidel xi ftit mhux biss permezz ta’ dan li qed nisimgħu flimkien illum, imma wkoll jekk toħroġ aktar diski fix-xhur u s-snin li ġejjin.
Sib lil Gaby Bonello fuq BandcampPARTI 3: L-album tal-lum huwa Till I Can Gain Control Again ta’ Fake Ophelia. Luke Scerri huwa l-moħħ u l-ġisem wara l-proġett Fake Ophelia li jasal għandna minn Berlin. Fl-aħħar ġimgħat diġà dewwaqna xi żewġ siltiet minn dan l-album li ħareġ fl-1 ta’ November 2024. Minn Till I can Gain Control Again jien għażilt li ndoqq dawn illum, li jinkludu ukoll siltiet li daqqejt qabel minnu matul din is-sena:
Isma’ u niżżel l-album Till I Can Gain Control Again ta’ Fake Ophelia fuq Bandcamp
Mużika Mod Ieħor huwa produzzjoni tal-Fondazzjoni M3P u jixxandar fuq Campus 103.7 kull nhar ta’ Ħamis fis-6pm + fil-11pm.